Kamra tal-vip Vip lounge
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal KAMRA TAL-VIP jixbaħ dak għal KAMRA EN SUITE imma biż-żewġ partijiet f’ordni differenti. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal PEPÈ li jsir b’id waħda f’pożizzjoni djagonali. L-id tieħu l-forma ta’ 1 bil-pala tħares laġenba jew ‘l isfel. Il-werrej jitqiegħed quddiem il-wiċċ taħt l-imnieħer u jogħla kemm kemm ’il fuq sakemm jolqot l-imnieħer ħafif ħafif. Dan isir xi darbtejn. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal KAMRA li jsir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 1 fuq quddiem. Il-pala tal-id tħares ’il barra. Il-werrej ta’ id imiss mal-werrej tal-id l-oħra. L-idejn jitbiegħdu laġenba u lura u jiffurmaw linja b’angolu rett. Imbagħad jerġgħu jimxu lejn in-nofs sakemm jiltaqgħu.
The sign for VIP LOUNGE resembles that for EN SUITE ROOM but with the two parts in reverse order. (i) First the sign for POSH. This is made with the arm positioned diagonally inwards. The hand takes the 1 shape with palm facing sideways. The index finger is placed under the nose. It is raised up slightly, hitting the nose lightly about three times. (ii) The second part is the sign for ROOM is made with both hands that take the shape of 1 at the front. The palms face outwards. The index fingers touch each other and then move to the side and then backwards, forming a right angle, then back to the middle until the index fingers meet again.